Is-sensiela Ulied il-Lejl, msejsa fuq il-kotba ta' Charles Micallef St John, waslet fi tmiemha. NET Television ilbieraħ wara l-episodju ta' Ulied Il-Lejl kitbu, "Wasal il-mument ta' Grezju wkoll!! Il-ġimgħa d-dieħla l-aħħar episodju mis-sensiela Ulied il-Lejl. Niltaqgħu għall-aħħar darba nhar it-Tnejn li ġej!!"

Żgur li ħafna qed isegwu l-istorja u l-intriċċi ta' dawn il-karattri. Jinsabu ħerqana li jkomplu l-istorja ta' dawn il-karattri. B'kollox hemm erba' kotba, Ġorġa, Tumas, Lunzjat u Jason. Kieku t-telespettaturi jkollhom iċ-ċans jaraw l-istorja kollha ta’ dawn l-erba’ karattri, żgur li jkompli jikber fil-popolarità tiegħu!

Kumment fuq il-mezzi soċjali infatti li kiseb numru ta' likes jgħid, "Kif qed taraw mill-kummenti sbieħ li qlajtu... għandkom tagħmlu kuraġġ biex ittellgħu series ieħor minn Ulied il-Lejl! Hemm minn fejn kif tafu."

L-istess kumment ikompli, "Prosit Charles Micallef St John, Charles Stroud, l-atturi, ħajjata u kull min iktar kellu x'jaqsam. Ħa jibqa' vojt kbir. Pruvaw imlewh. Grazzi."

Għandkom xi karattru favorit li tixtiequ tkompli tiskopru aktar. X’taħsbu minn dan intom il-qarrejja ta’ Gwida.mt?

Facebook / Ulied Il-Lejl


Emil Calleja Bayliss