Wiċċ li hemm ċans tajjeb li anke l-ġurija jafu! Biss biss... Ira Losco u Jasmine Abela kienu qed jikkompetu kontra xulxin fil-Malta Eurovision 2016 meta Ira kantat Chameleon u Jasmine kellha l-kanzunetta Alive, fejn kienet tagħmel id-debutt tagħha f'dan il-festival!

Jasmine Abela żgur li mhux wiċċ ġdid fix-xena lokali, rajnieha darbtejn fil-Malta Eurovision u rajnieha wkoll f'uħud mill-aqwa spettakli f'pajjiżna inkluż il-kunċert ta' Ġensna. Il-cover tagħha tal-kanzunetta Speechless, fuq is-sit tagħna kienet impressjonat lil ħafna nies u ġiet ivvutata bħala l-aqwa cover ta' din il-kanzunetta.

Ngħiduha kif inhi, kollha kellhom is-sabiħ tagħhom u l-fatt li artist jinterpreta kanzunetta li temozzjonah turi s-sinċerità. Din id-darba Jasmine, ħa tkun qed tipprova timpressjona lil erba' ġurija ta' X Factor Malta sabiex tara jekk il-vjaġġ tagħha għandux ikompli.

Li nafu żgur hu li Jasmine ħafna drabi timpressjona bil-vuċi stupenda tagħha u anzjużi biex naraw jekk il-ġurija jaħsbux bħal ħafna hemm barra. Il-battalja mhux faċli... u għalkemm Jasmine wiċċ familjari u bi ftit esperjenza mhux ħażin warajha hemm kantanti ġodda li qed jimpressjonaw bil-kbir!

Min jaf sa fejn ħa tasal l-avventura tagħha ġewwa X Factor Malta! Minn nhar il-Ħadd jibda l-vjaġġ, aħna nittmaw biss li toħroġ kif dejjem ħarġet u turi lil ġurija x'inhi kapaċi tagħmel! 


Emil Calleja Bayliss