Il-preżentatriċi t-twila, dik ta' ħafna stili ta' xagħar li milli jidher mhux kulħadd jieħu gost bihom illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Stephanie bdiet fuq it-televiżjoni ta' 15-il sena, filwaqt ta' 17-il sena rrapreżentat lil Malta ġewwa Miss Universe fit-Taipei.

Ritratt: YouTube / One Night Stand

Temmen li din l-esperjenza immaturata ferm u minn hemm rajnieha kemm-il darba fuq it-televiżjoni inkluż tippreżenta l-Istrina flimkien ma' Peppi u numru ta' preżentaturi oħra. Bħalissa lil Stephanie qed narawha tippreżenta l-programm Illum Ma' Steph, programm segwit minn bosta b'diversi interventi ta' professjonisti.

Ritratt: Facebook / Illum Ma' Steph

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Steph l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż u nixtiqulha dak kollu li tixtieq qalbha! Probabbli qed tistaqsu imma ma qalilniex kemm għalqet, Steph illum għalqet 49 sena! Aħna naħsbu li tidher ħafna u ħafna iżgħar minn hekk! Awguri Steph!


Emil Calleja Bayliss