Se nżidu programm ieħor mal-lista! Din id-darba b’togħma daqsxejn differenti minn dik tas-soltu. Din is-sensiela, li se tibda minn Ottubru li ġej, iġġib l-isem ta’ ‘Moda – l-Istorja’.

Din is-sensiela mhijiex bħal dawk li normalment insegwu ta’ kull filgħaxija fuq it-televixin. Dan għax hija sensiela ta’ dokumentarji dwar il-moda li kienu jimxu magħha l-Maltin mis-seklu 18 sal-bidu tas-seklu 20.

‘Moda – l-Istorja’ se jeħodna lura għall-istorja tal-ilbies f’Malta, fejn se naraw tipi differenti ta’ lbies li kienu jilbsu l-Maltin. Apparti li se jkunu qed juruna l-moda tal-familji sinjuri, se jħarsu wkoll lejn l-ilbies popolari li l-bqija tas-soċjetà Maltija kienet tilbes.

Din is-sensiela hija miktuba u rriċerkata minn Caroline Tonna. Il-produzzjoni hija ta’ Sharp Shoot Media Ltd., b’kollaborazzjoni ma’ Arts Council Malta u Kultura TV. ‘Moda - L-Istorja’ se jibda jidher fuq ONE minn Ottubru li ġej. Titilfuhx!

Facebook / Moda - L-Istorja


Yasmin Camilleri