Miriam Christine wiċċ stabbilit sew fix-xena lokali ta' pajjiżna u ċertament li meta għamlet żmien nieqsa mix-xena lokali, ħafna ħassew in-nuqqas tagħha. Fir-rivista ta' din il-ġimgħa li toħroġ għall-bejgħ proprju nhar l-Erbgħa, aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Miriam. Miriam infatti ħa tkun qed isebbaħ il-faċċata tar-rivisita tagħna din il-ġimgħa.

Ritratt: Facebook / Miriam Christine

Meta mistoqsija dwar in-nuqqas tagħha mix-xena, Miriam qaltilna: "Twieldu t-tfal, tlift persuni tant għeżież għalija, bdew u sfaxxaw relazzjonijiet u ħbiberiji ġodda. U ġie żmien meta l-ħolma kienet bdiet tnin, u kienet kważi spiċċat għal kollox għax kont iddeċidejt li naqta’ qalbi u nieqaf mill-kant. Imma l-passjoni għall-mużika hija kbira wisq."

Wieħed jista' jgħid li għamlet ir-ritorn tagħha b'mod b'saħħtu meta ħarġet il-kanzunetta Bi Ftit Kliem, nhar il-ġimgħa li ġej Miriam Christine ħa tkun qed tniedi l-proġett tagħha... album b'kanzunetti bil-Malti, kif ukoll filmat ta' kanzunetta minn dan l-album.

Ritratt: Facebook / Miriam Christine

Sabiħ immens li wieħed jerġa' jsib in-nar ibaqbaq ġewwa fih sabiex jaħdem fuq materjal ġdid, meta wieħed ikun imżewwaq b'talent jagħmel sew li jużah u jisfruttah bl-aħjar mod possibli. Sempliċiment frażi f'kanzunetta taf tkun biżżejjed sabiex tnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun.

Ritratt: Facebook / Miriam Christine


Emil Calleja Bayliss