"Nixtiequ nieħdu mument biex nurukom lil Wenzu, li se jitlaq mis-santwarju għal għand il-familja ġdida tiegħu," kitbu l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) fuq Facebook.

Tellgħu għadd ta' ritratti li fihom jidher qed igawdi l-imħabba ta' waħda mill-volontiera. Tnejn mir-ritratti ttieħdu llum u juru lil Wenzu f'saħħtu, u t-tnejn l-oħra juruh kif daħal fis-santwarju - imdardar, bi strixxi sħaħ ta' suf neqsin, u infezzjoni f'għajnejh li tant kienet gravi li ma setax jiftaħhom.

L-AAA temmew il-messaġġ tagħhom billi kitbu, "Daqsxejn kura medika tajba, ftit imħabba, u araw kif jinsab illum! Saħħa għażiż Wenzu. Nibqgħu f'kuntatt."


Bradley Cachia