Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu kiteb, "Għeluq ta’ Triq Ġnien Ingraw - Mellieħa. Il-Kunsill Lokali javża li minħabba raġunijiet ta’ temp, il-Fireworks Festival ġie transferit għal nhar is-Sibt 27 t’April 2024. Dan xorta waħda jista' jiġi segwit minn Triq Ġnien Ingraw mis-19.00 sa nofs il-lejl bl-istess arranġamenti tat-traffiku diġà mħabbra."

Huma jżidu, "Infakkru li Triq Ġnien Ingraw ser tkun magħluqa minn Triq is-Santwarju sa Triq San Luqa, filwaqt li Triq Mons. Indri Fenech ser tkun magħluqa minn Triq il-Wied sa Triq Ġnien Ingraw, mis-18.00 sa nofs il-lejl. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li jista’ jiġi kkawżat."

Żgur li avveniment bħal dan ikunu qed jistennewh bosta nies, biex barra li japprezzaw il-ġmiel tal-Mellieħa, igawdu wkoll mill-ġmiel tan-nar. 


Emil Calleja Bayliss