Il-preżentatriċi Melanie Kelly, li qed narawha tippreżenta l-podcast ta' Gwida Kellymni, tfakkar dan il-jum li żgur mhux forsi jġibilha s-sens ta' diqa, hekk kif tiftakar fl-għażiża bintha li qatt ma kellha ċ-ċans li tgawdi din il-ħajja.

Melanie tikteb, "10 snin ilu llum wellidt liċ-ċkejkna Eve tiegħi li qatt ma waslet biex tara lil ommha, id-daħk tagħha qatt ma kont se nisma’ u li qatt ma kont se nħoss it-tgħanniqa f’din il-ħajja…. Imma naf li inti dejjem miegħi iċ-ċkejkna ħelwa tiegħi Eve. Sakemm nerġgħu niltaqgħu l-ispirtu etereali tiegħi. Inħobbok, Eve. 26.04.14."

Żgur li kull omm li tilfet lit-tarbija tagħha jew lil xi wieħed jew waħda mill-ulied tagħhom jistgħu jirrelataw mal-kliem ta' Melanie. Jum li jġib tant u tant memorji ta' x'seta' kien iżda d-destin kellu pjanijiet oħra!

Facebook / Melanie Kelly


Emil Calleja Bayliss