Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Tristan Micallef, li rajnieh f'Mużika Mużika tas-sena li għaddiet bħala parti mill-grupp Kwinti u wkoll rajnieh fost it-12-il finalist fuq Brillanti Goes Musicals!

Ċertament li dan hu jum għażiż għalih u għall-ġenituri tiegħu. Ommu Caroline tikteb messaġġ ħelu f'dan il-jum, " Awguri f'għeluq id-19-il sena lil ibni inkredibbli! Qisu lbieraħ kont qed tieħu l-ewwel passi tiegħek, u issa miexi fl-età adulta b’kunfidenza u grazzja."

Hi tkompli, "Jiena kburi ħafna bil-persuna li sirt u bil-vjaġġ li qiegħed fuqu. Jalla din is-sena ġġiblek opportunitajiet bla tarf, ferħ, u suċċess. Hawn biex tagħmel memorji indimentikabbli u tgawdi l-ħolm tiegħek. Inħobbok dejjem ommok, missierek u ħuk Jayden."

Awguri Tristan! Nixtiequlek dak kollu li tixtieq qalbek! Illum u dejjem!


Emil Calleja Bayliss