L-attriċi Lorraine Degiorgio li ħafna minnkom jiftakruha fis-sensiela F'Salib It-Toroq, illum tiċċelebra għeluq sninha. Lorraine proprju qed tiċċelebra għeluq in-nofs seklu hekk kif għalqet 50 sena.

Hi ħalliet messaġġ mill-isbaħ fuq il-mezzi soċjali, "Grazzi Mulej talli qajjimtni biex nara waħda mill-aktar ġranet speċjali ta' ħajti. Illum għalaqt 50 sena ħbieb, nofs seklu. Kull ġurnata wara din hija bonus għax ħajti imlejtha daqs bajda kif jgħidu..."

Lorraine tkompli tgħid, "Inħares lejn il-passat tiegħi speċjalment lejn il-memorji li mlewli ħajti u nirringrazzja lil kull min għamel jew għadu jagħmel parti minn ħajti..." Hi ħadet iċ-ċans sabiex tirringrazzja lill-maħbub tagħha.

Mill-qalb hi tkompli tgħid, "Bis-saħħa ta' ħafna nies li kelli u għandi f'ħajti, jien dak li jien illum. Tgħallimt dak li rrid inkun minn nies twajba u tgħallimt dak li ma rridx inkun minn nies kattivi! Minn qalbi jiddispjaċini għal dawk kollha li weġġajt b'xi mod imma li hu żgur, qatt m'għamilt xejn b'intenzzjoni ħażina imma dejjem ħallejt f'idejn il-Mulej..."

Lorraine tkompli tistqarr, "nemmen li dak li hemm miktub għalina ma jħassru ħadd la t-tajjeb u lanqas il-ħazin għax b'hekk irridu nikbru, nitgħallmu u nimmaturaw. Hi għalqet billi awgurat is-saħħa lil kulħadd u għaddiet ringrazzjament lil kull min qed jgħaddi l-awguri tiegħu fuq il-mezzi soċjali.

Facebook / Lorraine Degiorgio


Emil Calleja Bayliss