Wara ġimgħa xogħol żgur li ma tirrifjutax daħqa tajba! Jekk tħobb tidħaq, illesti! Għax kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija hekk se tkun qed tagħmel jekk taqleb it-televixin fuq ONE!

F’dan l-istaġun it-tagline ta’ ‘Min Imissu?’ hija “ilqa’ l-isfida jekk int cowboy!” Ħa naraw x’ġej! Jekk segwejtu l-programmi ta’ ‘Min Imissu?’ qabel, żgur li tafu kemm huwa kiefer Carmelo Arancini mal-mistednin!

Se nkunu qed naraw diversi personalitajiet li se jkollhom jgħaddu minn taħt idejn is-Sur Arancini! Uħud mill-mistednin huma Cassandra Spteri, Neil, Mark Mifsud, Phyllisienne, Xandru, Soraya u Veronica u d-Dulli!

Il-programm ‘Min Imissu?’ se jerġa’ lura magħna minn Ottubru li ġej bit-tielet sensiela. L-ewwel episodju se jidher nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru fuq ONE! Titilfuhx!

Facebook / Min Imissu?


Yasmin Camilleri