Michael Schumacher huwa leġġenda tat-tlielaq tal-karozzi fil-Formula 1, fejn rebaħ 91 tellieqa flimkien ma’ seba’ kampjonati.

Illum fuq Netflix ħareġ il-film ‘Schumacher’, fejn jitratta dwar il-karriera tiegħu sal-ġurnata li kien weġġgħa serjament u anke t-triq ta’ rkupru tiegħu. Wieħed jista’ jara wkoll diversi partijiet mill-ħajja privata ta’ Schumacher u anke saru xi intervisti mall-familja tiegħu, fosthom mal-mara tiegħu Corinna, mat-tfal u ma’ diversi sewwieqa li ġieli ħadu sehem fil-Formula 1, inkluż Sebastian Vettel.


Henzley  Bezzina