Ġa kważi għaddew ħmistax mill-festival lokali Mużika Mużika u t-tim ta' Festivals Malta ġa ħabbar id-dati tal-edizzjoni tal-2025. Ċertament li wara l-produzzjoni fantastika li t-tim ta' Festivals Malta tella', numru ta' artisti se jkunu interessati li jidħlu għall-edizzjoni li jmiss.

Il-festival, sena wara sena, qed jattira numru ta' artisti rinomati lejh u s-suċċess tal-kanzunetti li qed jipparteċipaw fih żgur li juri s-suċċess tal-festival innifsu. Il-kanzunetta rebbieħa ta' Maxine Pace Mhux Tal-Aħħar tinsab fil-ħames post fic-charts tal-PRS li jagħtu indikazzjoni ċara ta' liema huma l-aktar kanzunetti li qed jindaqqu fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali.

Chart li rat ir-rebbieħa kollha tal-erba' edizzjonijiet ta' Mużika Mużika fl-ewwel postijiet. Infatti flimkien ma' Maxine wieħed jista' jara l-kanzunetta Bla Tarf ta' Kurt Calleja li ilha hemm għal żmien twil, tajjeb li nfakkru li l-kanzunetta Bla Tarf rebħet it-tieni edizzjoni ta' Mużika Mużika.

Barra minn hekk, fil-klassifika tal-Maltin tal-Aqwa 20 f'Malta, il-kanzunetta Mhux Tal-Aħħar fetħet fl-ewwel post. Mill-aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika, insibu l-kanzunetta Vjaġġ Sabiħ ta' Kantera, il-kanzunetta Grazzi ta' MARA u l-kanzunetta Mingħajr Kliem ta' Keith Zammit Mintoff. Iċ-ċans li naraw aktar kanzunetti minn Mużika Mużika fil-klassifiċi lokali jkompli jiżdied fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Darin Zammit Lupi


Gwida.mt