Bosta jagħżlu li jsumu fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda huwa fatt ovvju li dan ikun inutli jekk persuna ma turix imħabba mal-proxxmu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Angela Coleiro qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ relatat ma’ dan. Hi qalet, “bħal-lum ma niekolx laħam! Mhux l-aktar ħaġa importanti x'tiekol, jew ma tiekolx. L-imħabba lejn il-proxxmu ħafna aktar jagħmel sens!”

Kompliet billi qalet, “Imma l-għeżież ommi, u missieri, Pearl, u Mario (illum it-tnejn qegħdin ħdejn il-Ħallieq) rawmu fija mħabba lejn it-tradizzjonijiet tagħna, u tawni valuri li nibqa ngħożż sa ma nagħlaq għajnejja u mmur ħdejhom. Grazzi ma u pa.”

Facebook/Angela Coleiro


Charlton Cefai