Il-kantant u pjanist Paul Giordimaina ħabbar kif qiegħed jaħdem fuq proġett ġdid ma’ bosta kantanti Maltin fosthom Glen Vella, Corazón Mizzi u J Anvil.

Dan il-proġett tal-mużika huwa relatat ma’ messaġġ partikolari. Paul jgħid kif fi żmien il-Milied, bosta nies jaħsbu f’dawk li huma fil-bżonn u f’dawk li għadhom bżonn is-sapport.

Però, iżid li dan mhux biżżejjed: huwa bix-xieraq li nagħtu kas ta’ dawk in-nies li dejjem jidhru strong u li dejjem ipoġġu l-ħajja ta’ ħaddieħor qabel tagħhom.

Paul jistqarr li l-mużika l-ġdida tiegħu se tirrifletti din l-idea. Aħna naqblu mal-messaġġ li jixtieq jgħaddi Paul. U intom?

Facebook/Paul Giordimaina 


Nicole Barbara