Facebook/Hermann Bonaci

Sfortunatament l-attur u l-preżentatur magħruf Hermann Bonaci għadu kif ħabbar telfa kbira f’ħajtu.

“Ilum tlift il-kunjata, mara tal-għaġeb qaddisa, Grazzi ta’ kollox Mary mhu ħa ninsik qatt. Strieh fis-Sliem, inħobbok għal dejjem,” kiteb Hermann fuq il-midja soċjali. Akkumpanjat mal-messaġġ tiegħu hemm ritratt ta’ Mary qed titbissem u iżżomm fjura.

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Mary, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tagħha. Strieħ fis-Sliem.


Nicole Barbara