Il-preżentatriċi Angela Coleiro qassmet ħsieb li jiġi f'moħħ bosta persuna li jgħixu weħidhom id-dar. Mhux faċli li jkollok toqgħod id-dar kontra qalbek, u ma tkunx tista' toħroġ u tiltaqa' mal-ħbieb.

"Meta tkun persuna tgħix waħdek bħali 'weekend' bħal dan ifisser dwejjaq, dlam, u solitudni. Fil-ħamsa jkun diġà dalam jaqq. U kemm ha ndum nara TV,  jew nilghab bil mobile ?! Min jgħix waħdu bħali biss jista jifhem."

Angela tkompli, "Jiena nhobb il-kumpanija tiegħi stess...Imma meta nagħżel Jiena biex noqgħod waħdi. Mhux imsakkra ġewwa ta' bilfors minħabba l-maltemp."

Kuraġġ Angela u dawk kollha li f'ġranet jgħaddu minn mumenti iebsin.


Kyle Zarb