L-effetti tal-pandemija li issa ilha ‘l fuq minn sena magħna, żgur kulħadd qed iħoss l-effeti jekk mhux tal-Covid innifsu, iżda l-effetti tan-nuqqas ta’ attivitajiet, ta’ iżolament. Donnu l-kalendarju sar baħħ, mingħajr ebda attivita` fil-qarib li nistennew b’entużjażmu.  

Ira Losco ttella’ ritratt, fuq l-istejġ qalb artisti oħra fosthom Pawlu Borg Bonaci, Gianluca u Sigmund filwaqt li tawgura l-Ħadd it-tajjeb lil kulħadd tistaqsi “Meta ser nerġgħu nirritornaw lura għan-normal għid? Vera qed nimmisja dan kollu allavolja s-sigurta` tas-saħħa hija dejjem priorita` l-ewwel u qabel kollox.” 

Nittamaw miegħek Ira sabiex mhux fil-bogħod inkunu lkoll nistgħu nerġgħu narawk fuq il-palk u nisimgħu t-talent tal-vuċi impekkabbli tiegħek. 

Facebook/Ira Losco


Rowena Calleja