Minn Ottubru fuq TVM beda jixxandar programm ġdid, Mustaċċuni! L-ewwel programm ta’ dan is-serje ma tantx niżel tajjeb mal-udjenza, kien hemm kritika qawwija u kulħadd gergrilhom. Imma x’kien ġara eżatt? Tkellimna ma’ Ron u Ray fuq il-programm tagħhom u biex insiru nafu ftit min huma dawn iżżewġ komiċi brillanti!

Din l-intervista tista’ ssibha sħiħa fir-rivista GWIDA li ser toħroġ il-Ħadd li ġej!

“Jekk hemm persuna li nimmaġinani nippreżenta il-Ġimgħa filgħaxija miegħu huwa Ray Calleja. Ma narani nippreżenta ma’ ħadd ħlief ma’ Jacqui u ma’ Ray. Meta qaluli li hemm probabbiltà li ninkludu lil Ray miegħi, bdejt naħseb li qed nagħmel xi ħaġa ħażina. L-iskop tagħhom kien ulterjuri, jiena xi kultant forsi wisq intens meta nippreżenta, allura li jkun hemm Ray jimmansani, jinnewtralizzani ftit, togħġobni dik” jgħidilna Ron.

Ray irritorna wara nuqqas ta’ tmien snin! “Ngħid id-dritt ma kontx qed nippjana, imma kont qiegħed fix-xifer li nibda nimmissja t-televiżjoni. Kienu ilhom li qaluli minn Ġunju imma xejn ma kien konkret, kien hemm il-ħsibijiet, kien hemm diskussjonijiet, kollox kien fl-arja” jwieġeb Ray.

Aqra aktar fuq mustaċċuni u xi ġralhom dawn it-tnejn fir-rivista GWIDA tal-Ħadd li ġej. Tabilħaqq għaliex jinsabu ġo nofs il-blalen?

Mustaċċuni hu garanzija ta’ sagħtejn ta’ logħob u divertiment. Nawguraw lil Ray u lil Ron għall-programm Mustaċċuni li qed jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9 ta’ filgħaxija.

iCam


Anthony Baldacchino