X'hemm jgħaqqad kantanti stabbiliti Maltin, orkestra kbira, il-Bibljoteka Nazzjonali u Elton John?

Normalment naraw kunċerti f'teatri kbar lokali, f'xi post miftuħ jew fuq xi palk ħdejn xi bajja.

Però kumpanija ġdida bl-isem ta' Revamp Malta ħasbet f'idea oriġinali biex twassal kunċert bil-mużika leġġendarja ta' Sir Elton John.

Revamp

Facebook / Revamp Malta

Kif qed taraw fir-ritratt hawn fuq, Revamp Malta, għażlet kantanti li huma uċuh mill-aktar popolari fil-mużika lokali biex tinterpreta b’mod ġdid diversi xogħlijiet artistiċi ta' Elton John u se tkun qed tonora lil dan il-mużiċist leġġendarju b’kunċert intimu u esklużiv bl-isem ta' Your Song, bil-kotba tal-Bibljoteka Nazzjonali bħala sfond.

Id-dati ta' dan il-kunċert se jkunu il-Ġimgħa 25, is-Sibt 26, u l-Ħadd, 27 t’Ottubru, fit-8pm.

Elton Poster

Facebook / Revamp Malta

Il-kunċert Your Song se jagħti lill-pubbliku siltiet kantati minn Chiara, Claudia Faniello, Dorothy Bezzina, Raquela, Gianluca Bezzina, Ludwig Galea, u Paul Bezzina, flimkien mal-arpista mistieden, Jacob Portelli.

L-artisti se jkunu wkoll akkumpanjati minn band u orkestra taħt it-tmexxija ta’ Edward Mifsud, li ħa ħsieb l-arranġamenti mużikali kollha għal din is-serata.

Is-serata se tiġi ppreżentata mill-kittieba u attriċi versatili, Jo Caruana.

Bħala togħma għal min jixtieq jara l-kunċert ilbieraħ filgħaxija tnieda vidjo mużikali ġdid ta' waħda mill-kanzunetti li se jkunu qed jitkantaw.

Awguri lil din il-kumpanija ġdida mingħandna ta' Gwida.mt!

Instagram / National Malta Library


Neville Refalo