Is-sensiela JACKPOT 4, ta' DBA Entertainment Production, kienet suċċess ieħor. Sensiela mimlija intriċċi u episodji li dejjem iħalluk kurjuż x'ġara u ma ġarax. Sensiela li introduċietna ma' karattri li b'xi mod jew ieħor spiċċaw konnessi ma' xulxin.

JACKPOT 4 laqqagħtna ma' karattru bl-isem ta' Alex, il-Prim Ministru ta' Malta, maħduma mill-attur Laurence Buontempo. Ilbieraħ segwejna l-episodju The End?, fejn fil-fatt sirna nafu kif spiċċat l-istorja għall-karattri li segwejna fl-aħħar sentejn. 

L-episodju spiċċa fil-ħabs, hekk kif il-Prim Ministru Alex spiċċa nqabad mill-pulizija. Jidħol fix-xena karattru famuż immens mis-sensiela Division 7, Amir (Jason Zerafa), u lil Alex jgħidlu, "Nagħtik merħba f'Division 7" Dan ifisser li ħa nkunu qed naraw staġun ieħor minn din is-sensiela? It-telespettaturi jinsabu ħerqana biex jaraw dak li jmiss!

ERĠA' SEGWI HAWN


Kyle Zarb