It-33 edizzjoni tal-festival tal-films New York LGBTQ+ NewFest se tibda bil-premiere ta’ Mayor Pete’, id-dokumentarju tal-Amazon Studios dwar Pete Buttigieg u t-tellieqa tiegħu għall-president fl-2020.

L-edizzjoni ibrida ta’ dan il-festival se ssir bejn il-15 u s-26 ta’ Ottubru fit-teatri ta’ New York City u fuq il-pjattaforma on-demand tal-festival. Il-festival jinkludi 130 film u serje minn 31 pajjiż, bit-tem tal-LGBTQ+

L-ipprogrammar jinkludi wkoll wirjiet fl-anniversarju tad-dokumentarju ta’ Madonna bl-isem ta’ Madonna: Truth or Dare u Flee, film dwar il-vjaġġ ta’ Amin Nawabi bħala tifel refuġjat mill-Afganistan.


Bernard Xuereb