Illum ġurnata kemxejn ta' dieqa għal kantanta Maxine Pace, dan għaliex proprju llum l-għażiża ommha Sabina kienet tiċċelebra għeluq sninha. Kieku Sabina għadha magħna, illum kienet tagħlaq 48 sena.

Ritratt: Facebook / Maxine Pace

Maxine fakkret din il-ġurnata b'ritratt ma' ommha, oħtha Ella u missierha John. Maxine awgurat lil ommha f'dan il-jum u sejħitilha "L-anġlu tiegħi fis-smewwiet." Jgħaddu kemm jgħaddu s-snin, dawn il-ġranet jibqgħu għeżież ħafna f'qalba u bla ma rridu niftakru fil-maħbubin tagħna.

Aħna f'isem Gwida.mt, infakkru l-memorja ta' Sabina li ċertament tinsab kburija bit-tifla tagħha u dak kollu li Maxine qed tikseb fix-xena lokali. Hawn taħt tistgħu ssegwu filmat tal-kanzuentta Thunder, li Maxine ħarġet b'dedikazzjoni għall-ommha.

Facebook / Maxine Pace


Emil Calleja Bayliss