Matthew James li kiseb fama bħala l-kantant prinċipali tal-band lokali Red Electrick, illum il-ġurnata qed jagħmel isem għalih innifsu bħala kantant solist. Fl-aħħar sena rajna l-kanzunetti Memories, Lemonade, High u Magazine mill-kantant! L-aħħar kanzunetta kienet ma’ ħadd ħlief Ray Mercieca li riċentament rajnieh bħala ġurija f’X Factor Malta.

Il-kantant din id-darba ikkollabora ma’ Dj Toby, li żgur m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena lokali. Toby ħadem ma’ diversi artisti u l-kanzunetti tiegħu ħafna drabi ddominaw il-klassifiċi lokali. Żewġ artisti ta’ suċċess bħal dat-tnejn żgur ma jistgħux jiddiżapuntaw. Hawn hi l-kanzunetta l-ġdida tagħhom Don’t Let The Sun Go Down.

Il-kantant qabad ritmu tajjeb, kull ftit ġimgħat qed iniedi kanzunetta ġdida u ċertament li dan qed jinżel tajjeb mas-segwaċi tiegħu li aktar ma jmur qed jiżdiedu fin-numru. Minn hawn nawguraw il-kantant bis-single l-ġdida tiegħu u nammettu li ninsabu ħerqana biex naraw x’għandu aktar preparat għas-suq lokali fil-ġimgħat u xhur li ġejjin.

Instagram / @matthew_james_borg


Emil Calleja Bayliss