Marvic Doughty mhux wiċċ ġdid żgur għat-televiżjoni lokali, bħalissa qed narawh fis-sensiela Iż-Żagħka. Hi kienet il-misiedna ta' Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time li jidher fuq ONE. F'waħda mill-mistoqsijiet li Owen saqsa lil Marvic, Marvic b'mod animat ferm weġibt għal dak li kien l-akbar diżastru li għamlet.

Marvic spiċċat ħarġet f'xena bi żball. Irrealizzat li l-attur l-ieħor mhux qiegħed f'postu imma ħasbet li ħa żball hu. L-attur li kien hemm magħha kompla għalkemm beda jberraq u jipprova jagħmillha xi sinjal, imma hi ma ndunatx x'qed jiġri. Kif daħlet lura mix-xena... tara paniku sħiħ... bid-direttur u l-atturi l-oħra jaraw kif ħa jkomplu.

Daħlet f'xena tal-ewwel att, bl-iskript tat-tieni att. L-udjenza ma ndunawx b'dak li kien ġara u dan juri wkoll is-sabiħ tat-teatru u l-professjonalità tal-atturi!


Emil Calleja Bayliss