Ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ dalgħodu rċevew aħbar xejn sabiħa. Wieħed minnhom, Mario Vella, magħruf ukoll bħala‘ Ta ’Bieżel’, tilef ħajtu traġikament f'inċident ġol-mina ta' Ħal Kirkop.

Kmieni dalgħodu fl-4.30am, Vella kien qed jaħdem fuq krejn tat-tip high-up li qed jintuża biex jitnaddaf s-saqaf tal-mina fi Triq l-Industrija, meta għal xi raġuni, spiċċa maqbud bejn is-saqaf u l-krejn.

Sarah Agius Saliba, li tiġi l-eks Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, sellmet il-memorja ta' Mario Vella fuq Facebook fejn kitbet, "Xokk dalgħodu. Strieħ fis-sliem Mario. Grazzi tas-servizz tiegħek fil-ħidma tal-Kunsill Lokali fi żmien li jien kont Sindku."

F'isem Gwida.mt, insellmu l-familjar ta' Mario u ngħaddulhom il-kondoljanzi tagħna f'dan iż-żmien diffiċli.

Facebook / Sarah Agius Saliba


Emil Calleja Bayliss