Waħda mill-mistednin tal-programm Sibtek kienet Mariella Pace Asciak. Waqt l-intervista tagħha ma’ Ryan, hi qasmet it-traġedja ta’ meta nqabdet mar-raġel tagħha f’urugan meta kienu ġewwa l-Asja.

Mariella kienet qiegħda vaganza fuq cruise u daħlet l-aħbar li kien ġej urugan qawwi. Il-maltemp li beda jseħħ tant kien gravi li l-vapur kellu jagħmel jumejn żejda fuq il-baħar għax ma setax jidħol ġol-port.

Mariella qalet li “L-kaptan kien bravu biżżejjed li minflok jaffaċċja l-urugan, beda jħallieh għaddej u jimxi warajh. Imma xorta, l-movimenti tal-urugan kollha blajnihom.”

Meta Ryan saqsiha x’ħasset meta kienet maqbuda ġo nofs dan kollu, Mariella weġbitu li tant kellha episodji fejn hi kienet involuta ġo traġedji fejn hi setgħet mietet li kważi kważi issa saret tieħu l-ħajja for granted.

Facebook/Sibtek


Nicole Barbara