Waqt edizzjoni oħra ta’ KKI Junior li xxandret fuq NET Television u ġiet ippreżentata minn Mark Azzopardi u Michela Dalli, kantaw 20 finalist u finalista u minnhom intgħażlet ir-rebbieħa.

Minn dawn il-finalisti rebħet Maria Curmi bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’ fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.

Fl-ewwel post minn Kategorija A ta’ età bejn is-6 u 11-il sena, ikklassifikat ir-rebbieħa Maria Curmi bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’ miktuba minn Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella. Il-kanzunetta ‘Wieħed u Wieħed Tnejn’ ta’ Elai Abela Borg miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Augusto Cardinali kklassifikat fit-tieni post. Fit-tielet post ġiet Mariah Agius bil-kanzunetta ‘Perfetti’ miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Eliana Gomez Blanco.

Dean Pace ġie fl-ewwel post minn kategorija B tal-età bejn it-12 u l-15-il sena bil-kanzunetta ‘L-Eroj Tiegħi’ b’kitba ta’ Rita Pace u mużika ta’ Aldo Spiteri u Bradley Spiteri. Fit-tieni post ikklassifikat Shanice Micallef bil-kanzunetta ‘Nitolbok’ miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Eliana Gomez Blanco. Kensley Ciappara ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta ‘Tgħallimt’ miktuba minn Rita Pace u b’mużika ta’ Kaya.

Nifirħu lill-kantanti kollha b’mod speċjali lil Maria Curmi u lit-tim tagħha!

 


Shanice Ahar