Tyler Butler Figueroa, wara li marad bil-kanċer kien ibbuljat għal tul taż żmien pero ċ-ċkejken Tyler sab imħabba ġdida waqt l-agħar żmien ta’ ħajtu! Beda jitgħallem il-vjolin, ommu kienet sorpriża li wera x-xewqa li jibda jdoqq strument!

Ħadd mill-familja ma kellu t-talent mużikali iżda wara li beda, l-imħabba tiegħu kompliet tikber u dan wasslu quddiem l-udjenza ta’ America’s Got Talent! It-tfajjel hu eżempju ċar ta’ kif iddawwar esperjenza negattiva u għal waħda pożitttiva.

Milli jidher l-udjenza kienet impressjonata bit-talent tiegħu u Simon, li mhux xi wieħed mill-ħelwin ukoll kien impressjonat! It-tfajjel stqarr li jinsab verament kburi bih innifsu. Simon saqsieh kif jinsab, u t-tifel stqarr li ilu għal dawn l-aħħar 4 snin li rkupra.

Simon irrisponda bl-aktar mod sorprendenti, kellu risposta waħda u ċara għal dawk kollha li bbuljaw lil dan it-tfajjel b’talent daqshekk sabiħ tul is-snin! Il-famuż golden buzzer! Ħafna kienu dawk li kienu emozzjonati qabel daqqa, però kien hemm ħafna aktar dmugħ ta’ ferħ wara l-mument famuż. Żgur li mument li dat-tfajjel mhu ħa jinsa qatt!


Emil Calleja Bayliss