Fl-episodju ta' Love Island tal-bieraħ, Allen u Chelsea, wara li rebħu l-isfida tal-juice, kellhom iċ-ċans li jmorru date uffiċjali flimkien.

Għall-bidu, Allen jidher li ma setax jiftaħ il-flixkun tax-xorb li kellhom u Chelsea bdiet tidħaq bih. Minn hemm, qabduha dwar il-familja. Allen spjega kif, għalih, ommu qisha l-ikbar ħabiba tiegħu. Ħa ħafna valuri mingħand il-ġenituri tiegħu li jixtieq li jibqa' japplikahom f'ħajtu.

Lil Chelsea spjegalha kif kien iqatta' iktar ħin m'ommu peress li hi mara tad-dar u meta Chelsea staqsietu jekk hijiex omm Maltija prima, Allen qalilha li iva u saħħaħ l-argument tiegħu billi qal li hija Ħamruniża.

Tkellmu wkoll dwar kif iħossuhom mill-irkuppjar 'l hawn. Chelsea ammettiet li għadha qed tħossha daqsxejn skomda ma' Soulayma iktar milli ma' Shanise, avolja oriġinarjament kellha problema b'Shanise għax dehret li ingwalat sew ma' Allen.

Ammetiet ukoll li tieħu gost bil-fatt li Allen jagħtiha l-ispazju tagħha, mhux il-ħin jkollu jsus magħha bħalma jagħmlu s-subien l-oħra mat-tfajliet tagħhom. Minkejja dan, stqarret ukoll miegħu li tinkedd ftit meta tarah ikellem tfajliet oħra.

Tistgħu taraw l-episodju kollu HAWN.

TVMi.mt / Love Island


Gwida.mt