Ftit tal-minuti ilu, telgħu il-poloz tal-Eurovision song contest, li jiddeterminaw il-pajjiżi f’liem semi finali ser jieħdu sehem. Malta, għall-ewwel darba fl-istorja ġiet ser tieħu sehem fl-ewwel semi finali ta’ din il-kompetizzjoni tant mistennija, fid-9 ta’ Mejju. Xi pajjiżi li ser jakkumpanjawna huma l-Kroazja, Irlanda, Latvja, Norveġja, Portugall, u Serbja fost oħrajn.

It-tieni Semi finali ser isir fil-11 ta’ Mejju b’pajjiżi bħall-greċja, Rumanija, Iżlanda, u l-Awstralja jieħdu sehem fih. Franza, Ġermanja, Italja, Spanja, l-Ingilterra u l-Ukraina jgħaddu dritt għall-finali bħal dejjem.


Nicole Zammit