Illum hi ġurnata kbira għal Familja Galea! Familja li ilhom żmien jidhru fuq it-televiżjoni u ċertament li maħbubin minn ħafna telespettaturi.

 Antonella Galea Loffreda, preżentatriċi fuq One u l-gwardjana f’Division 7, u Joseph Galea magħruf bħala għalliem tad-drama, attur u direttur. U żgur smajtu wkoll bit-tifla tagħhom Martina li hi waħda mill-aqwa talent żagħżugħ f’pajjiżna.

Fil-fatt għoxrin sena ilu Antonella u Joseph kienu żżewwġu għaldaqstant m’għandniex xi ngħidu llum hu jum speċjali għall-koppja. Iktar kmieni llum kemm Antonella u Joseph ħallew post ħelwa fuq il-Facebook biex jawguraw lil xulxin. 

Pero dan mhux biss! Ftit jiem ilu ċ-ċkejkna tagħhom Martina ġiet innominata bħala ‘Outstanding singer’. Xi ħaġa li bla dubju serviet ta’ rigal sabiħ immens għal Antonella u Joseph f’jum l-anniversarju! Fuq Facebook Antonella inkoraġġiet lil bintha biex tkompli tipprattika u tagħmel dak li tant tieħu gost tagħmel. 

F’isem it-tim kollu tal-Gwida nixtiequ li fil-waqt li nifirħu lil Martina għal dak li qiegħeda kontinwament tikseb, nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja tal-ġenn Antonella u Joseph fl-għoxrin anniversarju miż-żwieġ tagħhom!


Kyle Zarb