Illum hi ġurnata li ġġib ħafna dieqa fost ħafna, l-aktar il-qraba u ħbieb ta’ Chanelle Bezzina, mudella li kienet ġiet inkurunata bħala Miss Simpatika. Ħames snin ilu ġarrabna t-telfa ta’ Chanelle - persuna li serqet tant qlub.

Iktar kmieni Ivan Gaffiero, li ra lil Chanelle tagħmel dak li tant tħobb fl-immudellar u eventwalment tirbaħ it-titlu ta’ Miss Simpatika ftit ġimgħat qabel il-mewt tagħha, iħallilha messaġġ emozzjonali fuq Facebook. Ivan isemmi l-mument meta rċieva l-aħbar li Chanelle mietet u jgħid li dak il-ħin “ma ridtx nemmen, imma kelli nemmen”.

“Għalfejn? Kellha tant futur sabiħ?” ikompli Ivan. Iżda minnufih jisħaq li Chanelle hi fjura li kompliet sebbħet il-ġenna. Jispiċċa billi jindirizza lil Chanelle u jgħidilha biex tkompli tieħu ħsieb lill-familja tagħha u lilu. “Ma ninsik qatt qalbi… Inħobbok għal dejjem”. 

Ħafna minnkom forsi jiftakru dan il-filmat iddedikat lil Chanelle waqt Xarabank.


Kyle Zarb