X'aktarx li tinstema' qisha tal-films din il-biċċa. Imma li jinbidlu t-trabi bi żball fl-isptar mhux l-ewwel darba li tiġri fir-realtà.

Maisie Beth welldet lil bintha lura f’Settembru u minħabba li kellha bżonn il-fototerapija u kellha tubu, iċ-ċkejkna kellha tiġi mmonitorjata kull sagħtejn. Ommha ma kinitx taraha spiss fl-ewwel ġranet tagħha u wara li ħarġet mill-isptar ma ndunatx li kienet inbidlet it-tarbija qabel marret tibdlilha l-ħarqa. 

Meta marret tibdlilha l-ħarqa ndunat li f'idejha kellha tifel ta' xi ħadd ieħor flok lil bintha Isabelle! Maisie marret tiġri lura lejn l-uffiċċju biex tfittex lil bintha hekk u l-qabla qaltilha li fixklitha ma' omm it-tifel għax jixxiebhu ħafna! 


Marija Bellia