Il-Parroċċa San Publju tal-Floriana tgħaddi l-awguri tagħha lil wieħed mis-saċerdoti maħbubin tagħha, lil Dun Pawl Camilleri. Saċerdot maħbub immens u l-awguri fuq il-post li xerrdu ċertament li juru dan.

Huma jiktbu, "Il-parroċċa tawgura lis-saċerdot ħabrieki Dun Pawl Camilleri f'jum għeluq sninu. Inroddulu ħajr għas-servizz kontinwu tiegħu fil-parroċċa tagħna."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-aqwa mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mimlija saħħa, paċi u kuntentizza. Awguri Dun Pawl, illum u dejjem! 


Emil Calleja Bayliss