Fuq il-mezzi soċjali tagħha Gillian għaddiet messaġġ tassew ħelu lil ħuha. Messaġġ li juri r-relazzjoni sabiħa li għandha ma' xulxin u s-sapport li jagħtu lil xulxin f'dak kollu li jagħmlu.

Gillian tikteb, "Għażiż ħija, xtaqt biss nieħu mument biex ngħidlek kemm nammirak u kemm jien kburija b’dak kollu li wettaqt. Id-dedikazzjoni u x-xogħol tiegħek ġew osservati, u nammira tassew id-determinazzjoni tiegħek li tirnexxi."

Hi tkompli, "L-impenn tiegħek lejn il-miri tiegħek u l-mod kif tittratta l-isfidi bil-grazzja huwa tassew ta’ ispirazzjoni. Ibqa' miexi 'l quddiem, għax m'għandi l-ebda dubju li se tkompli tikseb affarijiet kbar. Jien kburija li nsejjaħlek ħija. Kompli b'xogħol mill-aqwa!"

Żgur li messaġġ mill-qalb li ħuha tassew japprezza.


Emil Calleja Bayliss