Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa Malcolm Paul Agius Galea qasam ritratt tassew ħelu ma' anzjana li ċċelebra għeluq il-mitt sena tagħha!

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu hu jikteb, "Iċċelebrajna 100 sena ta' Rosalia! Awguri mill-qalb li wasalt għal dan l-għomor tant sabiħ u grazzi talli qsamt xi żewġ sigrieti miegħi!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Rosalia l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, paċi u kuntentizza. Sabiħ li naraw l-anzjani tagħna bi tbissima fuq fommhom!

Huma tassew mumenti li għandna niċċelebraw u napprezzaw ukoll! Dan hu tragward mill-isbaħ fil-ħajja u ċertament li għandna nifhmu kemm hu mument speċjali!

Facebook / Malcolm Paul Agius Galea


Emil Calleja Bayliss