Bħalissa mhux żmien faċli għal Rebecca Spiteri, sid il-kelba li ilha żmien twil imfittxija, Ivy. Ċertament li l-familja kollha ta' Ivy jinsabu b'qalb maqsuma, u dan jidher fil-messaġġi li tħalli ta' spiss Rebecca fuq Facebook. 

Xi jiem ilu Rebecca kitbet li omm Ivy iffurmat parti mill-familja tagħha. "Xaya, omm Ivy, uffiċjalment ingħaqdet mal-familja tagħna t'4 saqajn. Ħadd qatt mhu ħa jeħdilha postha, imma hekk għandi parti minnha miegħi."

Ftit ilu lil Xaya anke għamlulha testijiet tad-demm li kien hemm bżonn, u rriżulta kollox sew. Kuraġġ dejjem Rebecca u l-familja kollha.  

Facebook/ Rebecca Spiteri


Gwida.mt