L-atleta Maltija ta’ 22 sena Emma Xuereb kisbet rebħa kbira kontra ċ-Champion Taljan waqt li kienet qed tikkompeti fl-avveniment tal-kickboxing Doria Fighters f’Napli.

Emma ma qatgħetx qalbha, u rnexxielha tegħleb lill-avversarju tagħha fit-tliet rawnds b'diversi punches u kicks. B’deċiżjoni unanima tal-ġudikant, Emma, imħarrġa minn Coach Noel, ġiet inkurunata rebbieħa definittiva tal-partita tat-tliet rawnds.

Madankollu, Emma xorta reġgħet marret għat-taħriġ wara r-rebħa tagħha. Il-kowċ tagħha kellu kliem ta' tifħir għaliha, fejn kiteb: "Jekk dik mhix dixxiplina, ma nafx x’inhi!" Prosit kbira u nawgurawlek aktar suċċessi!


Kyle Zarb