Illlum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant lokali Ludwig Galea, li minbarra li mar għal famuż Eurovision Song Contest, rajnieh jipparteċipa wkoll fil-Malta Eurovision bħala parti mit-trio Trilogy.

Lil Ludwig narawh ukoll fuq il-programm Ħadd Għalik u minn żmien għal żmien, ikun f'xi produzzjoni lokali wkoll fejn wieħed ikun jista' jgawdi il-vuċi tiegħu. Vuċi li tista' faċilment tgħid li hija waħda mill-aqwa vuċijiet maskili f'pajjiżna.

Ritratt: Facebook / Christine J. Muscat-Azzopardi

Illum Ludwig jagħlaq 42 sena, jumejn ilu fuq il-profil ta' Facebook tiegħu qal li tliet snin ilu ingħata l-isbaħ rigal li seta' jingħata, dan għaliex kienet twieldet bintu Kristina. Hekk hu, Kristina twieldet jumejn biss qabel għeluq snin missierha.

Ċertament għal kull ġenitur dan verament ikun l-isbaħ rigal li wieħed jista' jirċievi. Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Ludwig f'dan il-jum speċjali.

Facebook / Ludwig Galea


Emil Calleja Bayliss