Il-kantanta ta’ X Factor Celine Agius, kemm-il darba taqsam messaġġi pożittivi li jagħtu kuraġġ u tama lil min qed jaħdem għal stil ta’ ħajja aħjar u li jħossu aħjar biha. 

Fil-fatt Celine xeħtet ritratt tal-kambjament u tal-eżerċizzji li qed tagħmel. Il-kantanta għandha spirtu pożittiv u li bis-saħħa tiegħu llum il-ġurnata qed tagħti risposta lil dawk kollha li pruvaw jirredikolawha bi kliemhom fil-passat. “Lil dawk kollha li bagħtuli messaġġi anonimi jgħajruni… din għalikom… għadni ma wasaltx fejn irrid imma se nerġa’ lura... b’differenza. Grazzi ta’ kollox”.

Brava Celine - nammirawk tal-karattru sod li għandek biex tibqa’ kuraġġuża sal-aħħar! Ibqa’ sejra hekk u tħalli xejn u ħadd ikun ostaklu.


Kyle Zarb