Ruth kienet ħadet sehem f'X Factor Malta 2018 fejn Alexandra Alden kienet qaltilha qisek kejk! "You look like a cake... a nice cake." Minn Gwida.mt konna staqsejna lil Ruth jekk kinitx ħadet għaliha li Alexandra qaltilha li kienet qisha kejk iżda weġbitna hekk: "Le ta! Għax il-kejk huwa l-iktar ħaġa importanti f'kull okkażżjoni. Mal-kejk ikun hemm imdawra n-nies jiċċelebraw u jieħdu pjaċir!"

Din is-sena għall-Karnival 2020, Ruth qatgħet xewqet Alexandra hekk kif libset ta' kejk. Hija make up artist fl-industrija tal-films u kienet tizfen ukoll fil-karnival ta' Tuneż u anke fil-Greċja. Din is-sena Ruth ser tiżfen 'Gimme more sweets' fit-toroq tal-kapitali. Awguri Ruth u ħu gost!

Ritratt: Facebook/ X factor Malta


Clifford Galea