Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook, il-Ministru Miriam Dalli esprimiet id-diżappunt tagħha rigward il-fatt li xi persuna remiet fekruna ħajja ġewwa Għawdex, u fortunatament instabet ftit tal-ħin qabel l-iskart kien se jiġi pproċessat.

“Li n-nies ma tisseparax l-iskart kif suppost hija diġa problema sew għall-immaniġġjar tal-iskart u għall-ambjent,” qalet hi.

“Li jkun hemm min jarmi annimal ħaj, hija moħqrija fl-agħar forma tagħha,” żiedet tgħid. Il-fekruna ġiet ukoll mogħtija l-isem ‘Lucky’.

Verament fortunata li ġiet salvata din il-fekruna u nittamaw li azzjonijiet simili ma jibqħux jiġu repetuti għaliex verament huma każijiet tal-biki.

Prosit kbira lill-ħaddiema tal-WastServ f’ Għawdex li salvaw lil din il-ħlejqa!

Facebook/Miriam Dalli


Charlton Cefai