Ġejja tagħna! Jekk tbati minn allerġiji, aħjar taħseb fir-rimedjili jgħinuk għax taf ħa jkollok bżonnhom. Skont The Weather Page Malta, il-gżejjer Maltin ħa jkollhom temp xejn pjaċevoli fil-jiem li ġejjin.

The Weather Page Malta tgħid, "Lesti ruħek! Mill-Ġimgħa sa nhar it-Tnejn li ġej, ir-riħ moderat għal ftit qawwi u sħun mix-Xlokk mistenni jġib wkoll temp umdu u ħafna ramel mid-deżert tas-Saħara fuq Malta u Għawdex - aħbar ħażina għal min ibati mill-ażma!"

Insomma, mhux dak biss imma dawk li għandhom il-karozzi nodfa... jistgħu jinsew li ħa jdumu ħafna hekk għax malajr ħa jerġgħu jimtlew.


Emil Calleja Bayliss