Fabrizio Faniello dalgħodu qasam l-aħbar li l-kanzunetta tiegħu Sal-Aħħar ġiet inkluża ġo film Ġermaniż li ġie miġbud Malta. Dan il-film deher fuq wieħed mill-istazzjonijiet ewlenin Ġermaniżi, ARD Mediathek & Das Erste.

Żgur li hu t'unur mhux li ġibdu f'pajjiżna biss, iżda wkoll li użaw is-silta miktuba minn Ray Aguis u Alfred C. Sant. Aħna nawguraw lil Fabrizio Faniello u t-tim tiegħu aktar suċċessi bħal dawn.

Dejjem nieħdu gost nisimgħu l-lingwa Maltija tagħmel ħoss barra minn xtutna. Fabrizio rringrazzja lit-tim ta' Visit Malta li ġibdulu l-attenzjoni dwar dan! Is-silta Maltija tistgħu ssibuha f'dan il-filmat, madwar 53.28 tal-film.

Facebook / Fabrizio Faniello


Emil Calleja Bayliss