Illum Toni qed jiċċelebra għeluq sninu u f'dan il-jum speċjali għalih, ma setax ma jsellimx lill-għażiża ommu. "Bħal-lum 52 sena ilu kont qed iġġorni ġo fik, konna ħaġa waħda ma. Għalkemm mhux ġo fik, bqajt iġġorni għal bosta snin, sal-aħħar nifs bqajt tieħu ħsiebi. Illum ma nistax niġi ħdejk ngħidlek grazzi, għax lanqas f'qabrek ma ħallewk."

Hu jkompli jgħid, "Dan kien it-tieni stallet wara mewtek, il-fatt li ma nistax niġi ħdejk ikissirni kuljum. Biss taf li f'qalbi ngħidlek grazzi kuljum, u taf li x-xewqa tiegħi hi li nerġa' nkun ħdejk, din id-darba għal eternità. Grazzi Ma talli wellidtni u għamiltni r-raġel li jien illum."

Kuraġġ Ton! Ninsabu ċerti li ommok qed tħarsek kull ħin u f'kull mument! Awguri f'dan il-jum!


Emil Calleja Bayliss