"It-tnaqqir tal-ispazji pubbliċi tagħna qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied. Il-bankini, it-toroq, il-pjazez u anke l-kosta tagħna qed jiġu maħnuqa bl-imwejjed, siġġijiet u strutturi oħra mqiegħda minn stabbilmenti kummerċjali għad-detriment tad-dritt bażiku tagħna li naċċessaw u ngawdu bla xkiel l-ispazji pubbliċi."

Dan kien il-mod kif bdew l-argument tagħhom il-Moviment Graffiti, li se jkunu qed jorganizzaw konferenza stampa għada ġewwa l-Belt Valletta.

Saħqu, "Il-bilanċ li jisħqu fuqu l-awtoritajiet huwa evidenti li mhux qed jintlaħaq, u ta’ dan qed ibatu r-residenti li jgħixu f’lokalitajiet assedjati mill-kummerċ bla rażan."

Preżenti se jkun hemm għadd ta’ gruppi ta’ residenti minn lokalitajiet differenti, fosthom il-Belt Valletta, Tas-Sliema, Wied il-Għajn, Buġibba, u l-Mellieħa. 

Għal iżjed dettalji dwar din il-konferenza stampa, agħfas HAWN.


Bradley Cachia