Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) għadhom kemm niedu l-KSU Career Finder, pjattaforma ddisinjata biex tgħinek tiskopri x’karrieri tixtieq.

Hemm diversi għodod li tista’ tuża biex tesplora liberament il-passjonijiet, l-aptitudnijiet, il-personalità, u l-valuri tiegħek, fost l-oħrajn.

Huwa kompletament normali li ma tkunx taf eżatt x’tixtieq tagħmel b’ħajtek, u għalhekk il-KSU Career Finder lest li jtik proċess gwidat li se jagħtik idea iktar ċara fuq l-għażliet kollha li jistgħu jkunu l-aħjar għalik wara li tlesti l-istudji tiegħek.

Din il-pjattaforma hija miftuħa għal kulħadd u hi bla ħlas.


Bradley Cachia