Bħala parti mill-programm ta' attivitajiet marbuta mal-ġimgħa ddedikata lil-libreriji, liema ġimgħa taħbat mal-Jum Dinji tal-Ktieb u l-Jeddijiet tal-Awtur, saret Maratona ta' Qari.

Ħafna awturi, librara u kollaboraturi qraw silta bil-Malti minn kotba, drammi, jew poeżiji tal-għażla tagħhom matul il-maratona ta' qari li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Huma qraw bla waqfien għal kwarta kull wieħed mid-09:00 sad-21:00.

Fost il-qarrejja kien hemm nies minn diversi oqsma, inkluż numru ta' mistiedna speċjali li qraw xogħlijiet tagħhom stess kif ukoll kitbiet li ħallew impatt fuqhom bħala professjonisti fl-oqsma rispettivi.

DOI / Alan Saliba


Gwida.mt