Minkejja l-gwerra kurrenti bejn l-Ukrajna u r-Russja, il-membri tal-band Kalush Orchestra ngħataw permess speċjali biex ikunu jistgħu jitilqu mill-pajjiż u jieħdu sehem fil-Eurovision.  Madanakollu, wieħed mis-sitt membri kellu jibqa’ f’pajjiżu biex jiġġieled fil-gwerra.

Skont il-bookmakers jidher li l-Ukrajna hija l-favorita biex tirbaħ din is-sena.  Il-kanzunetta tagħhom “Stefania” kienet oriġinarjament dwar omm il-kantant prinċipali li ħallietna, iżda t-tifsira nbidlet kemmxejn minħabba s-sitwazzjoni traġika tinsab fiha l-Ukrajna. 

Il-pjanijiet tal-membri tal-band huma biex malli jirritornaw lura f’pajjiżhom wara l-festival, jagħtu sehemhom fl-armata. 


Marija Bellia